News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

10/10/2023 09:24:00

TIPS u l-Futur tal-Pagamenti Instantanji

Fis‑6 ta' Ottubru 2023, il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank), f'kollaborazzjoni mal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) organizza seminar nazzjonali dwar TARGET Instant Payment Settlement (TIPS) u l-pagamenti instantanji bit-titlu "TIPS and the Future of Instant Payments". Għas-seminar attendew l-istituzzjonijiet lokali tal-kreditu u finanzjarji. TIPS huwa servizz tal-infrastruttura tas-suq imniedi mill-Eurosistema fl-2018. 

Għas-seminar attendew l-istituzzjonijiet lokali tal-kreditu u finanzjarji

L-inizjattiva TIPS hija sistema pan-Ewropea għall-ipproċessar tal-pagamenti immedjati bl-euro. Dan jippermetti lill-istituzzjonijiet finanzjarji jissetiljaw trasferimenti elettroniċi dak il-ħin stess li jsiru, filwaqt li jiżgura li l-fondi jkunu disponibbli għar-riċevitur fi żmien għaxar sekondi, 24/7, 365 jum fis-sena.

Il-parteċipanti ġew indirizzati minn Mr Dimitri Pattyn, Deputat Direttur Ġenerali, Infrastruttura tas-Suq u Pagamenti, fil-BĊE u uffiċjali oħra mill-istess istituzzjoni inkluż Mr Fabrizio Dinacci, Ms Panayiota Pentaliotou u Mr Bobby Bashford. Huma taw preżentazzjonijiet dwar il-vantaġġi tat-TIPS għas-suq Malti, il-funzjonalitajiet ewlenin u l-aspetti operattivi, il-proċess tal-ipprezzar u l-onboarding, rispettivament.

Fir-rimarki tiegħu tal-ftuħ, Mr Benoit Waelkens, Chief Officer Banking Operations, qal li "Il-pagament instantanju huwa strument ta' pagament innovattiv u rivoluzzjonarju li ttrasforma l-mod kif niskambjaw il-valur u nwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji f'd-dinja dejjem aktar diġitali". Barra minn hekk, Mr Waelkens spjega li kemm il-BĊE kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea (KE) jikkunsidraw il-pagamenti instantanji bħala strument ta' pagament kritiku fid-dinja impenjattiva tal-lum.

Fir‑rimarki tal‑għeluq tiegħu, il‑Gvernatur spjega kif il‑Kummissjoni ddeċidiet li tniedi proposta leġiżlattiva dwar il‑pagamenti instantanji, u bħalissa għaddejjin negozjati fuqha fost it-tliet istituzzjonijiet ewlenin fl-Unjoni Ewropea.  Ladarba din il-leġiżlazzjoni tiġi adotta, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament li bħalissa huma aċċessibbli għat-Trasferimenti ta' Kreditu bis-SEPA, permezz ta' kontijiet ta' pagament, ser ikollhom il-mandat li jkunu aċċessibbli għal pagamenti instantanji fi żmien stipulat. 

Il-Gvernatur Scicluna

Barra minn hekk, il-Gvernatur tenna li l-Bank huwa lest li jappoġġja u jiffaċilita l-adozzjoni ta' pagamenti instantanji għax dawn  jirrappreżentaw qabża trasformattiva 'l quddiem fid-dinja tal-finanzi. Madankollu, dan għandu jsir b'mod responsabbli, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jibqa' lura. "Ilkoll irridu naħdmu flimkien biex dan iseħħ mingħajr xkiel u biex niżguraw li s-sistemi ta' pagamenti instantanji jkunu robusti, sikuri, u aċċessibbli għal kulħadd, biex insawru l-futur tal-pagamenti u nixprunaw it-tkabbir ekonomiku u l-inklużjoni finanzjarja." 

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, flimkien ma' uffiċjali mill-BĊE u impjegati mill-Banking Operations Division fil-Bank Ċentrali ta' Malta
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, flimkien ma' uffiċjali mill-BĊE
u impjegati mill-
Banking Operations Division fil-Bank Ċentrali ta' Malta

Ritratti: Melvin Bugeja 

Lura lejn l-Arkivju