News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
28/04/2023 17:00:00
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil-laqgħat tal-ECOFIN fi Stokkolma, l-Iżvezja
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, ħa sehem fil-laqgħat informali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) fi Stokkolma, l-Iżvezja fit-28 ta' April 2023.
Il-laqgħa tal-ECOFIN, li għaliha attendew b'mod konġunt il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-UE u l-Ministri tal-Finanzi tal-UE, iddiskutiet ir-rwol tas-swieq finanzjarji Ewropej fil-kontribut għat-tkabbir ekonomiku fil-futur u l-appoġġ mogħti lill-Ukrajna. Matul is-sessjoni, il-Ministri u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali bidlu l-fehmiet dwar ir-rwol tas-swieq finanzjarji Ewropej fil-finanzjament tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' kumpaniji li ser jipprovdu impjiegi u jippromwovu t-tkabbir ekonomiku futur.
Il-Gvernatur kien akkumpanjat mid-Deputat Gvernatur Mr Alexander Demarco.

Lura lejn l-Arkivju