News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
22/07/2021
Aġġornament tal-Kodiċi Globali FX
Il-Kodiċi globali FX ġie mniedi f'Mejju 2017 bħala sett ta' prinċipji globali ta' prattika tajba fis-suq tal-kambju. Dan l-aħħar ġie aġġornat mill-Global Foreign Exchange Committee(GFXC), b'bidliet li saru għal 11 mill-55 prinċipju tal-Kodiċi.
L-għan huwa li jissaħħu l-prinċipji ta' prattika tajba fis-suq tal-kambju f'diversi oqsma ewlenin, b'mod partikolari negozjar anonimu, negozjar algoritmiku u analiżi tal-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll ir-riskju ta' żvelar u saldu.
Aktar informazzjoni tinsab fl-istqarrija għall-istampa ppubblikata mill-GFXC intitolata 'GFXC updates FX Global Code, in the new templates for disclosures and in the guidance paper on Pre-hedging' u li tista' tiġi aċċessata hawn.
Lura lejn l-Arkivju