News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

03/03/2021

Webinar organizzat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta sabiex jindirizza t-trasformazzjoni diġitali

Il-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat it-trasformazzjoni diġitali, iżda l-adozzjoni tat-teknoloġija xprunata mill-pandemija ħolqot valur sħiħ weħidha? Dan is-suġġett f'waqtu ser jiġi diskuss waqt l-ewwel webinar tal-Bank Ċentrali ta' Malta għal din is-sena.

Il-kelliema, Ms Ladan Davarzani, ser tiddiskuti wkoll jekk l-industriji u l-ekonomiji ħadux il-benefiċċji assoċjati, biex b'hekk jixprunaw l-investiment u l-innovazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-pandemija. Iċ-chief economist tal-Bank, Dr Aaron G. Grech, ser jintroduċi dan is-suġġett.

Il-webinar "Digital Transformation: Realising the full value of emerging technologies" ser isir fit-12 ta' Marzu fil-ħdax ta' filgħodu fuq Microsoft TEAMS u ser ikun hemm ħin ukoll għall-mistoqsijiet. Il-parteċipazzjoni hija b'xejn u hija miftuħa għall-pubbliku, iżda hija meħtieġa reġistrazzjoni li tista' ssir onlajn fuq is-sit elettroniku tal-Bank jew billi tintbagħat email.

Ms Davarzani għandha aktar minn għaxar snin esperjenza fir-riċerka dwar in-negozji, l-immudellar ekonomiku, il-ħsieb proġettwali, u l-analiżi tax-xenarji. Hija tispeċjalizza f'inizjattivi ta' tmexxija relatati mal-ħsieb fl-Accenture Research f'Londra. Ir-riċerka tagħha teżamina materji fl-intersezzjoni tat-teknoloġija, in-negozju u l-makroekonomija, bħall-futur tax-xogħol u t-teknoloġija, it-tkabbir ekonomiku inklussiv, u l-impatt ekonomiku tat-teknoloġiji emerġenti bħall-internet tal-oġġetti u l-intelliġenza artifiċjali.

Ms Davarzani

Lura lejn l-Arkivju