News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
05/02/2021
L-Eurosistema taqbel dwar pożizzjoni komuni għal investimenti sostenibbli relatati mat-tibdil fil-klima f’portafolli tal-politika mhux monetarja
Id-19-il bank ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona tal-euro u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħadu pass importanti lejn it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u lejn l-għanijiet tal-UE dwar il-klima.
Huma ddefinixxew pożizzjoni komuni għall-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ investiment sostenibbli u responsabbli fil-portafolli rispettivi tagħhom ta’ politika mhux monetarja denominati f’euro.
Din il-pożizzjoni komuni ser tgħin lill-membri kollha tal-Eurosistema biex titqajjem kuxjenza akbar u aktar għarfien dwar ir-riskji klimatiċi filwaqt li jippromwovu obbligi relatati mal-klima.
Id‑deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb mill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta Edward Scicluna: “Dan ma setax jasal fi żmien aħjar għall-Bank Ċentrali tagħna peress li dan l-aħħar konna qed naħdmu fuq strateġija simili għall-investimenti tagħna. L-akkwist pubbliku konġunt ta’ pariri ta’ investiment huwa ta’ benefiċċju għall-banek ċentrali kollha iżda speċjalment għal dawk ta’ pajjiżi żgħar.”
Tista’ taqra l-istqarrija sħiħa tal-BĊE hawn.
Lura lejn l-Arkivju