News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

15/01/2021 18:45:00

Miżati fuq kontijiet tal-klijenti - il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-MFSA għaddejjin b’diskussjonijiet mal-HSBC Bank Malta plc

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u l‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) illum kellhom laqgħa konġunta biex jiddiskutu l-aħbar reċenti tal‑HSBC Bank Malta plc (‘HSBC’) dwar bidliet fl‑istruttura tal-miżati fuq il‑kontijiet tal‑klijenti tagħhom. Id-diskussjonijiet bejn il-Bank u l-MFSA mal-HSBC għadhom għaddejjin. Il-Bank u l-MFSA talbu lill-HSBC sabiex jerġa’ jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.

Sadanittant, l-HSBC qabel li temporanjament jissospendi l-programm ta’ kuntatt tal-klijenti fid-dawl ta’ dawn id-diskussjonijiet li għaddejjin.

Lura lejn l-Arkivju