News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

24/11/2021

Donazzjoni mill-Impjegati tal-Bank Ċentrali lil Hospice Malta

Il‑flus miġbura mill‑impjegati tal‑Bank Ċentrali waqt l‑attivitajiet ta' Pink October u Movember organizzati mill‑Kumitat Kulturali tal‑Bank ġew mogħtija lil Hospice Malta matul ċerimonja li saret it‑Tlieta 23 ta' Novembru 2021 fil‑Bank Ċentrali.

Il‑Gvernatur, il‑Professur Edward Scicluna, ippreżenta d‑donazzjoni lil Mr Andrew Zammit, Chief Relations Officer tal-Hospice Malta. Mr Zammit irrikonoxxa l‑impenn ġeneruż tal‑impjegati tal‑Bank u inkoraġġixxa inizjattivi u attivitajiet bħal dawn organizzati taħt il-programm ta' responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Bank.

L‑attivitajiet tal‑Bank biex titqajjem kuxjenza u jinġabru fondi għall‑prevenzjoni tal‑kanċer, għar‑riċerka u l‑edukazzjoni, inkludew lekċer dwar il‑Kura Palljattiva - l-irwol tal‑Hospice f'Malta li saret minn Mr Andrew Zammit, fis‑27 ta' Ottubru 2021 lill‑impjegati tal‑Bank waqt il-break. Attivitajiet oħra kienu jinkludu n-'No-shave Movember' li tikkonsisti f'kampanja ta' xahar, fejn l-impjegati rġiel kollha kienu mistiedna jkabbru l-mustaċċi u/jew id-daqna tagħhom sat-23 ta' Novembru 2021.

Il-Bank iżomm kuntatt b'mod regolari ma' diversi NGOs li jeħtieġu l-appoġġ.

Mix-xellug: Chief Relations Officer tal-Hospice Malta, Mr Andrew Zammit, il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, u l-President tal-Klabb Soċjali tal-Bank Ċentrali, Mr Antoine Scicluna

Mix-xellug: Chief Relations Officer tal-Hospice Malta, Mr Andrew Zammit, il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, u l-President tal-Klabb Soċjali tal-Bank Ċentrali, Mr Antoine Scicluna

Donazzjoni mill-Impjegati tal-Bank Ċentrali lil Hospice Malta

Donazzjoni mill-Impjegati tal-Bank Ċentrali lil Hospice Malta

Lura lejn l-Arkivju