News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

03/09/2020

Solvenza tal-Banek Domestiċi

Qiegħda ssir referenza għall‑editorjal tat‑Times of Malta tat‑3 ta’ Settembru 2020.

Fl‑istqarrija tiegħu għall‑istampa dwar l‑aħħar Rapport dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja [27 ta’ Awwissu 2020], il‑Bank Ċentrali jiddikjara li l‑profittabbiltà għall‑banek ser tiġi taħt pressjoni, kif tabilħaqq indikat fll‑pubblikazzjoni tar‑riżultati interim ta’ diversi banek domestiċi għall‑2020.

Filwaqt li l‑Bank Ċentrali qatt ma jikkummenta dwar banek individwali fir‑Rapport tiegħu dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja, madankollu l‑Bank jiddikjara b’mod ċar fl‑istqarrija tiegħu għall‑istampa li “ir‑Rapport juri li kien hemm titjib fir‑reżiljenza tas‑settur bankarju u li l‑istess settur daħal fil‑pandemija b’livelli ta’ kapital u likwidità b’saħħithom”, li jipprovdi r‑riassigurazzjoni meħtieġa li l‑banek domestiċi huma solventi. Is‑solvenza tas‑settur bankarju hi sostnuta aktar mill‑ġdid permezz ta’ stress tests imwettqa mill‑Bank u ppreżentati fir‑Rapport imsemmi. Il‑pożizzjoni likwida b’saħħitha tal‑banek domestiċi tirrifletti wkoll il‑fiduċja li d‑depożitanti għandhom fis‑solvenza tal‑banek. 

Lura lejn l-Arkivju