News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

11/08/2020

Każ tal-COVID-19 fil-Bank Ċentrali ta' Malta

Ġie rreġistrat it‑tieni każ tal‑COVID‑19 fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta.

Il‑persuna kkonċernata ġiet ittestjata pożittiva nhar it‑Tnejn 10 ta’ Awwissu, filwaqt li li kienet ilha assenti mill‑Bank mill‑5 ta’ Awwissu 2020. Il‑Bank kien infurmat fit‑20:30 tat‑Tnejn 10 ta’ Awwissu. Bħalma ġara fl‑ewwel każ, il‑binja relevanti tal‑Bank Ċentrali kienet iddiżinfettata immedjatament u bir‑reqqa minn speċjalista fil‑kontroll u l‑prevenzjoni tal‑infezzjonijiet. L‑operazzjoni ta’ diżinfezzjoni tlestliet sas‑06:20 tat‑Tlieta 11 ta’ Awwissu. Tlesta wkoll il‑contact tracing intern. 

Dawk kollha li kienu f’kuntatt dirett mal‑persuna infettata ntalbu jagħmlu t‑test u ser jaħdmu mid‑dar sakemm it‑testijiet jirriżultawlhom fin‑negattiv. 

Il‑persuna involuta tagħmel xogħol intern biss u ma tiġix f’kuntatt mal‑pubbliku fl‑ebda ħin. 

Dan il‑każ mhux relatat mal‑ewwel każ li nstab fit‑28 ta’ Lulju 2020. L‑impjegati li kienu f’kuntatt mal‑ewwel persuna infettata ġew ittestjati u kienu ħielsa mill‑virus. Sadanittant, dawn l‑impjegati kienu qegħdin jaħdmu mid‑dar.

Minn Marzu, il‑Bank ħa b’mod konsistenti l‑miżuri neċessarji kollha biex jiżgura s‑saħħa ta’ dawk li jżuru l‑bank, tal‑impjegati u tal‑kuntratturi, u ser jibqa’ jagħmel dan. Konxju tal‑irwol kruċjali li għandu fil‑pajjiż, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, bħala membru tal‑Eurosistema, jinsab determinat li jiggarantixxi kontinwità fin‑negozju bla xkiel.

Lura lejn l-Arkivju