News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

26/05/2020 14:35:00

Il-Qligħ mill-bejgħ tal-munita tat-tfal mogħti b’donazzjoni lill-MCCFF

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta tenna l‑impenn tiegħu lejn il‑komunità billi għamel ir‑raba’ donazzjoni konsekuttiva ta’ kull sena lill‑Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

Is‑somma ta’ kważi €50,000 ġiet ippreżentata lill‑E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt żjara ta’ korteżija fil‑Palazz Sant’Anton minn impjegati tal‑Malta Coin Centre, responsabbli għall‑ħruġ ta’ muniti numiżmatiċi mill‑Bank.

L‑ammont jirrappreżenta l‑qligħ mill‑bejgħ ta’ coin cards tal‑munita kommemorattiva taż‑€2 bit‑tema ‘Natura u Ambjent’.

Il‑munita kommemorattiva taż‑€2 hija r‑raba’ munita mis‑serje ‘Mit‑Tfal b’Solidarjetà’ maħruġa mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta. Il‑muniti kienu iddisinjati minn studenti permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa għall‑istudenti kollha tal‑iskejjel sekondarji, u d‑disinn rebbieħ kien magħżul minn panel ta’ esperti. Il‑ħames, u l‑aħħar, munita f’din is‑serje bit‑tema ‘Logħob’ ser toħroġ aktar tard din is‑sena.

Il-President ta' Malta laqa' d-donazzjoni u qal: "Id-donazzjoni tal-Bank issaħħaħ l-għan tal-Malta Community Chest Fund Foundation li tirrikjedi ammont kbir ta' fondi sabiex tilqa' l-għadd kbir ta' talbiet li tirċievi kuljum għall-għajnuna minn diversi nies, iżda fl-istess waqt din kienet opportunità eċċellenti għat-tfal sabiex jesprimu l-ideat tagħhom dwar materji attwali permezz tal-kreattività u l-arti."

Il-Qligħ mill-bejgħ tal-munita tat-tfal mogħti b’donazzjoni lill-MCCFF

Ritratt: OPR

Lura lejn l-Arkivju