News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2020

23/04/2020

Kjarifika: Sitt xhur moratorju fuq ħlasijiet lura tas-self

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta llum ħareġ komunikazzjoni sabiex jagħti aktar gwida lill‑banek dwar it‑trattament tal‑imgħax dovut matul il‑perjodu tal‑moratorju. Din il‑kwistjoni kienet is‑suġġett ta' numru ta' mistoqsijiet mill‑pubbliku inġenerali u l‑istituzzjonijiet ta' kreditu.

Matul il‑kors tal‑moratorju, l‑imgħax għandu jkun dovut iżda mhux kapitalizzat, fi kliem ieħor mhi ser isseħħ l‑ebda żieda fl‑imgħax billi jiġi komputat imgħax fuq l‑imgħax dovut u li ġie differit matul dan il‑perjodu. L‑imgħax dovut attwali iżda jiġi sussegwentement irkuprat u mifrux b'mod ugwali matul il‑kumplament tat‑terminu tas‑self wara t‑tmiem tal‑perjodu tal‑moratorju. Min jissellef jista' jidħol fi ftehim reċiproku mal‑istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji tagħhom għal arranġament tal‑ħlas lura - bħal termini iqsar ta' żmien u ħlasijiet ogħla jew viċeversa - sakemm ma sseħħ l‑ebda żieda fl‑imgħax differit dovut matul il‑perjodu tal‑moratorju.

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta hu konxju li dak imsemmi iktar 'il fuq jista' jirrifletti prattika diġà adotta fost l‑istituzzjonijiet tal‑kreditu u finanzjarji li joffru l‑moratorju. Madankollu, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħass li kien hemm bżonn ta' aktar kjarifika sabiex jiġi żgurat metodu armonizzat.

Tista' ssib l‑istqarrija oriġinali hawn.

Tista' ssib il‑linji gwida aġġornati hawn.

Tista' ssib id‑Direttiva aġġornata hawn.

Lura lejn l-Arkivju