News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2020

08/01/2020

Avviż lill-Pubbliku fir-Rigward ta’ Tentattiv ta’ Phishing dwar Bitcoin

Ġie identifikat tentattiv ta' phishing minn sit li jippromwovi l-Bitcoin. Dan ir-rapport falz jagħti x'jifhem li ġej minn sit ta' aħbarijiet attwali, Net News, u jikkwota lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, Mario Vella, kif ukoll lill-eks ġurnalista ta' TVM, Norma Saliba, li kollha jikkonfermaw li l-kontenut huwa kompletament ivvintat.

Din mhix l-ewwel darba li ismijiet li jintgħarfu malajr qed jiġu użati biex prodotti tal-Bitcoin jiġu rreklamati. Il-Bank Ċentrali ta' Malta javża lill-pubbliku biex joqgħod attent għal tentattivi ta' phishing, partikolarment meta jinvolvu pariri ta' investiment. Il-pulizija diġà ġiet mgħarrfa dwar l-attentat qarrieqi.

Lura lejn l-Arkivju