News - Web Releases 2019
08/03/2019
Lekċer pubblika ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta bit-tema “Aviation in Malta”
Il-Ħamis 28 ta' Frar 2019 saret lekċer pubblika ġewwa l-Bank Ċentrali ta' Malta minn Ms Josephine Farrugia bit-tema "Aviation in Malta". Bħala parti mill-istrateġija tagħha ta' żvilupp ekonomiku, Malta tippromwovi setturi differenti fl-industrija tal-avjazzjoni, inklużi l-operazzjonijiet ta' manutenzjoni, tiswija u eżaminazzjoni (MRO), strutturi ta' back-office; R&D; u l-produzzjoni ta' partijiet tal-inġenji tal-ajru. Malta toffri wkoll reġistru attraenti tal-avjazzjoni bbażat fuq qafas regolatorju b'saħħtu, inkluż dak għal Ċertifikati tal-Operaturi tal-Ajru, flimkien ma' approċċ favur in-negozju.
Back