News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2019

10/12/2019

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta bir-Roża

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, permezz tal‑Kumitat tiegħu għall‑Attivitajiet Kulturali, ingħaqad ma’ organizzazzjonijiet u individwi oħrajn sabiex jiġbor fondi u titqajjem kuxjenza għal Pink October u Movember.

Fit‑22 ta’ Ottubru, l‑impjegati kienu mħeġġa jilbsu l‑kulur roża u fit‑30 ta’ Ottubru, l‑impjegati kienu milqugħa b’muffins roża u blu mal‑wasla tagħhom il‑Bank, bħala inkoraġġiment biex titqajjem kuxjenza u jinġabru fondi għall‑Marigold Foundation.

Il‑maniġment u l‑impjegati tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta ġabru s‑somma ta’ €2,300 għal din l‑inizjattiva, waħda minn ħafna mwettqa mill‑Bank bħala parti mill‑programm wiesa’ ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva.

Il‑fondi ġew ippreżentati minn membri tal‑kumitat lis‑segretarja tal‑Marigold Foundation, Jennifer Xuereb, ġewwa Villa Francia f’Ħal Lija. Filwaqt li rringrazzjat lill‑maniġment u l‑impjegati tal‑Bank għad‑donazzjonijiet tagħhom, is‑Sinjura Xuereb spjegat li l‑Marigold Foundation torganizza avvenimenti nazzjonali għal Pink October u Movember għall‑benefiċċju ta’ numru ta’ NGOs involuti f’kampanji informattivi dwar l‑importanza li jsiru t‑testijiet meħtieġa għall‑prevenzjoni tal‑kanċer tas‑sider u l‑kanċer testikulari irrispettivament mill‑età.

CBM went Pink
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ġabar is-somma ta’ €2,300 għall-Marigold Foundation. (mix-xellug) Melvin Bugeja – Kumitat għall-Affarijiet Kulturali; Jennifer Xuereb – Segretarja Eżekuttiva, Marigold Foundation; Charmaine Mallia – Kumitat għall-Affarijiet Kulturali; u Dorianne Gilford – Bank Ċentrali ta’ Malta.
Lura lejn l-Arkivju