News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2019
31/10/2019
Avviż lill-pubbliku fir-rigward ta’ tentattiv ta’ phishing
Ġie identifikat tentattiv ta’ phishing li jimita emails, li jagħmilhom jidhru li jkunu oriġinaw mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u li jitlob għal ħlasijiet pendenti.
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jenfasizza li ma joħroġ l-ebda talba għal kwalunkwe ħlas f'isem entitajiet tal-gvern jew dipartimenti tal-gvern, u żgur li ma jitlobx ħlas ta’ obbligi tal-klijienti tiegħu permezz ta' kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni bl-email.
Jekk irċevejt xi komunikazzjoni li tidher li oriġinat mis-servizz tal-posta elettronika tagħna u li titlob it-trasferiment ta’ flus, jew depożiti għal kwalunkwe kont, inti ġentilment mitlub:
- Tgħarraf minnufih lill-Bank bl-email.
- Ma tweġibx emails bħal dawn.
Din hija frodi sofistikata ta’ phishing bl-uniku għan li tħajjar individwi jittrasferixxu flus lil kriminali.
Għalhekk, il-Bank Ċentrali ta’ Malta javża lil kull min jirċievi dawn it-tip ta’ messaġġi sabiex jitqiesu bħala malizzjużi.
Lura lejn l-Arkivju