News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2019

23/09/2019

Korsijiet Speċjalizzati fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien mal‑iSchool of Economics tal‑Università ta’ Nottingham, organizza żewġ korsijiet internazzjonali dwar l‑attività tal‑banek ċentrali.

Bankiera ċentrali mill‑Ewropa, l‑Afrika u l‑Lvant Nofsani ngħaqdu ma’ kollegi Maltin u numru ta’ gradwati mill‑Università ta’ Malta għall‑korsijiet ta’ ġimgħa f’Settembru.

Il‑korsijiet huma parti minn ftehim ta’ tliet snin mal‑Università ta’ Nottingham.

Dr Paul Mizen, Professur tal‑Ekonomija Monetarja fl‑Università ta’ Nottingham, mexxa l‑kors dwar “Monetary, Theory and Policy”. Dr Alejandro Riaño, Professur Assoċjat fl‑Università ta’ Nottingham, mexxa l‑kors dwar “Macroeconomics: Economic Cycles, Frictions and Policy”.

Din l‑inizjattiva edukattiva hija waħda minn bosta mmirati biex jgħinu fl‑iżvilupp professjonali tal‑impjegati tal‑Bank u kif ukoll biex joffru opportunitajiet uniċi lil oħrajn f'Malta li huma interessati jew involuti f'din l-isfera importanti.

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jimmira li jsir ċentru reġjonali ta’ eċċellenza speċjalizzata fit‑tagħlim, fit‑taħriġ u fir‑riċerka billi jkabbar in‑network tiegħu ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet akkademiċi internazzjonali tal-ogħla livell.

Informazzjoni dwar korsijiet u avvenimenti organizzati mill‑Bank hija disponibbli fuq is‑sit elettroniku tal-Bank.

Korsijiet Speċjalizzati fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Korsijiet Speċjalizzati fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Lura lejn l-Arkivju