News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2019

18/03/2019

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ ‘Fulbright scholar’

Bejn l‑4 u l‑15 ta' Marzu, il‑Bank Ċentrali ta' Malta laqa' 'Fulbright Scholar' il‑Professur Andrew Narwold tad‑Dipartiment tal‑Ekonomija ġewwa l‑Università ta' San Diego, fejn hu affiljat ukoll mal‑Energy Policy Initiatives Centre. Din hija l‑ewwel darba li l‑Bank Ċentrali ta' Malta laqa' 'Fulbright Scholar'. Il‑programm Fulbright hu sponsorjat mill‑United States Department of State's Bureau of Educational and Cultural Affairs u hu wieħed mill‑iktar programmi ta' skambju akkademiku prestiġjużi u kompetittivi fid‑dinja. Il‑Bank jirrikonoxxi bi gratitudni l‑assistenza tal‑Ambaxxata Amerikana f'Malta sabiex iż‑żjara tal‑Professur Narwold tkun possibbli.

Il‑Professur Narwold, li l‑għarfien espert ewlieni tiegħu hu fl‑ekonomija tas‑suq tad‑djar u fid‑deċiżjonijiet finanzjarji tal‑konsumatur, mexxa klassijiet avvanzati dwar metodi statistiċi għall‑iżvilupp ta' indiċi tal‑prezzijiet tad‑djar aġġustati għall‑kwalità għall‑Economic Analysis Department tal‑Bank. Mexxa wkoll żewġ seminars dettaljati għall‑impjegati tal‑Bank u tal‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Istatistika dwar tekniki statistiċi u riċerka empirika applikata, u rreveda riċerka ta' ekonomisti mill‑Bank immirata għall‑pubblikazzjoni.

F'konformità mas‑sapport strateġiku tal‑Bank lill‑Università ta' Malta - bil‑għan li tissaħħaħ il‑professjoni tal‑ekonomija f'Malta - il‑Professur Narwold għamel lekċers dwar game theory lill-istudenti ggradwati fl‑ekonomija, parti essenzjali mill‑kurrikulu intermedju tal‑mikroekonomija. Dawn il‑lekċers koprew decision theory, strategic form games, extensive form games, Bayesian games, mechanism design, infinite horizon games, repetitive games u evolutionary games. Ġew diskussi riżultati sperimentali relevanti u l-istudenti pparteċipaw f'diversi esperimenti fil‑klassi.

Fost il‑kompetenzi ewlenin tal‑Bank, apparti l‑politika monetarja, hemm ir‑riċerka ekonomika, l‑istatistika u l‑istabbiltà finanzjarja. Iż‑żjara tal‑Professur Narwold ikkontribwiet għall‑iżvilupp ta' fehim iktar sod ta' kwistjonijiet bħall-miżuri tal‑prezzijiet tad‑djar, liema kwistjoni hija relevanti ħafna għal dawn l‑oqsma ta' attività.

Il‑Bank jinsab lest biex iniedi programmi ta' skambju akkademiku bilaterali oħrajn ma' numru ta' universitajiet importanti fir‑Renju Unit.

Il-preżentazzjonijiet taż-żewġ seminars jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta' Malta.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ ‘Fulbright scholar’

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ ‘Fulbright scholar’

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ ‘Fulbright scholar’

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ ‘Fulbright scholar’

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ ‘Fulbright scholar’

Lura lejn l-Arkivju