News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

19/11/2018

Research Workshop Annwali

It‑Tnejn 19 ta' Novembru 2018, ir‑Research Department tal‑Bank Ċentrali ta' Malta organizza Research Workshop ta' nofstanhar u nieda l‑ewwel Research Bulletin tiegħu. Il‑Bulletin jikkonsisti minn erba' artikli miktuba minn ekonomisti mir‑Research Department u mill‑Economic Analysis Department dwar diversi suġġetti, inklużi s‑suq tad-djar, riformi fis‑settur tal‑enerġija, reviżjonijiet fl‑istatistika tal‑prodott domestiku gross u l‑inugwaljanza u l‑mobilità tad‑dħul f'Malta. Matul dan il‑workshop saru numru ta' preżentazzjonijiet minn żewġ kelliema barranin u mill‑impjegati tal‑Bank dwar l‑aħħar attivitajiet ta' mudellar fil‑qasam tal‑mudellar ekonometriku strutturali.

Dr Margarita Rubio, Assistant Professor fis‑School of Economics ġewwa l‑University of Nottingham, għamlet preżentazzjoni dwar il‑politika makroprudenzjali nazzjonali fiż‑żona tal‑euro. Il‑preżentazzjoni ddeskriviet il‑qafas istituzzjonali eżistenti għall‑politika makroprudenzjali fiż‑żona tal‑euro, li għadu jiġġenera diversi dubji minħabba l‑proċess kumpless għall‑koordinament ta' miżuri fost membri eteroġeni.

Bl‑użu ta' data minn kumpaniji tal‑assigurazzjoni Amerikani, il‑Professur Andrew Ellul (Indiana University, Centre for Economic and Policy Research, Centre for Studies of Economics and Finance, European Corporate Governance Institute) ippreżenta evidenza dwar kif l‑impenn li ma jidhirx fuq il‑karta tal‑bilanċ tal‑istituzzjonijiet finanzjarji jwassal għal atteġġjament ta' rendiment, interkonnettività ta' assi fl‑iktar klassi riskjuża ta' assi, u finalment riskju sistemiku.

Il‑workshop kien jinkludi wkoll sessjoni bil‑panel dwar l‑aħħar attivitajiet ta' mudellar strutturali tar‑Research Department tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. Is‑Sur Noel Rapa, Senior Research Economist fir‑Research Department, għamel preżentazzjoni dwar l‑estensjoni fiskali tal‑MEDSEA, il‑mudell strutturali żviluppat f'dawn l‑aħħar snin wara ftehim ta' kooperazzjoni teknika ma' esperti mill‑Banca d'Italia. Saret preżentazzjoni oħra minn Dr Luca Brugnolini, Research Economist fir‑Research Department, dwar il‑progress li sar fl‑introduzzjoni ta' settur bankarju fil‑MEDSEA u t‑triq 'il quddiem f'dan il‑proġett.

Il-programm tar-Research Workshop u l-preżentazzjonijiet li saru waqt il-workshop jinsabu hawn.

Research Workshop Annwali

Research Workshop Annwali

Lura lejn l-Arkivju