News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

13/11/2018

Il-Librerija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta tipparteċipa fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Għall‑ewwel darba, il‑Librerija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta pparteċipat fil‑Festival Nazzjonali tal‑Ktieb li sar f'Dar il‑Mediterran għall‑Konferenzi bejn is‑7 u l‑11 ta' Novembru 2018. Parteċipazzjoni f'avveniment nazzjonali fuq skala kbira bħal dan tagħti l‑opportunità lil‑Librerija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta li tippromwovi u tesponi l‑kollezzjoni tagħha ta' kotba u pubblikazzjonijiet lill‑pubbliku. Il‑Librerija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta hija r-repożitorju prinċipali għad‑data bankarja, ekonomika, finanzjarja u soċjali u sservi bħala ċentru għad‑dibattiti u r‑riċerka f'oqsma bħal dawn. Il‑Prim Ministru ta' Malta Dr Joseph Muscat żar l‑istand nhar il‑Ħamis 8 ta' Novembru.

Il-Librerija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta tipparteċipa fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

(Ritratt: Clodagh Farrugia O'Neill, DOI Malta)

Lura lejn l-Arkivju