News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

06/11/2018

‘Wirt Kulturali' – Munita Kommemorattiva taż-€2 maħruġa taħt il-programm ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’

Fis‑7 ta' Novembru 2018, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ it‑tielet munita kommemorattiva taż‑€2 taħt il‑programm 'Mit‑Tfal b'Solidarjetà'. It‑tema għall-munita ta' din is‑sena hija 'Wirt Kulturali' u ssegwi l‑muniti bit‑temi 'Solidarjetà permezz tal‑Imħabba' u 'il‑Paċi'.

Il‑programm dwar ħruġ ta' muniti 'Mit‑tfal b'Solidarjetà', li kien ġie mniedi uffiċjalment fl‑2015, hu inizjattiva bejn il‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Ministeru għall‑Edukazzjoni u x-Xogħol, u l‑Malta Community Chest Fund Foundation.

Il‑munita, li ġiet iddisinjata minn Nicole Dimech li tattendi s‑St Nicholas College, Middle School, tar‑Rabat, turi collage ta' temi assoċjati mal‑gżejjer Maltin: daħla stilizzata ta' tempju megalitiku, ix‑xemx, koppla u kampnar ta' knisja, il‑baħar u rappreżentazzjoni ta' dgħajsa Maltija ttajjar il‑bandiera nazzjonali. Il‑munita ġiet imnaqqxa minn Noel Galea Bason.

Dawn il‑muniti kommemorattivi ser jiġu prodotti f'verżjoni għaċ‑ċirkolazzjoni u ser joħorġu fi stoċċijiet ta' 25 munita kull wieħed, kif ukoll f'coin cards. In‑numru ta' muniti li ser jinbiegħu fi stoċċijiet hu limitat għal 300,000, filwaqt li n‑numru ta' coin cards hu limitat għal 20,000. Il‑muniti fil‑cards ser juru marka taz‑zekka tal‑Monnaie de Paris, fejn inħadmu l‑muniti. Il‑prezz ta' stoċċ ta' 25 munita huwa €70, filwaqt li dak ta' coin card huwa €7. Il‑qligħ mill‑bejgħ tal‑coin cards ser imur b'risq il‑Malta Community Chest Fund Foundation.

Il‑muniti jistgħu jinxtraw direttament mill-e-shop tal‑Malta Coin Centre. Għal aktar tagħrif, il‑pubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill‑Malta Coin Centre billi jibgħat email jew iċempel fuq (+356) 2550 6006/7/8.

‘Wirt Kulturali' – Munita Kommemorattiva taż-€2 maħruġa taħt il-programm ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’

‘Wirt Kulturali' – Munita Kommemorattiva taż-€2 maħruġa taħt il-programm ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’  ‘Wirt Kulturali' – Munita Kommemorattiva taż-€2 maħruġa taħt il-programm ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’

Lura lejn l-Arkivju