News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

20/10/2018

Satabank plc

Qed issir referenza għall-avviż pubbliku maħruġ mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fl-20 ta' Ottubru 2018 fir-rigward ta' Satabank plc.

Wara d-deċiżjoni meħuda mill-MFSA li tavvanza l-ħatra ta' Persuna Kompetenti, f'termini ta' Artikolu 29(1) (c) u (d), sabiex tieħu f'idejha l-assi u tassumi l-kontroll tan-negozju ta' dan il-bank, kif l-awtorità kompetenti tista' tidderieġi, il-Bank Ċentrali ta' Malta ddeċieda li jissospendi b'effett immedjat il-parteċipazzjoni ta' Satabank plc fit-TARGET2-Malta.

Satabank plc huwa bank internazzjonali żgħir u dawn il-miżuri ser ikollhom impatt minimu fuq l-ekonomija domestika. 

Lura lejn l-Arkivju