News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
15/10/2018
Satabank plc
Qed issir referenza għall-avviż pubbliku maħruġ mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) fil-15 ta’ Ottubru 2018 fir-rigward ta’ Satabank plc.
Satabank plc (il-Bank) huwa bank internazzjonali żgħir b’rabtiet minimi mal-ekonomija domestika.
Il-ħatra mill-MFSA ta’ Persuna Kompetenti (f’termini ta’ Artikolu 29(1)(b) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju) sabiex tagħti pariri u tissorvelja l-imġiba xierqa fin-negozju ta’ dan il-Bank turi d-determinazzjoni qawwija tal-awtoritajiet kompetenti li jipproteġu u jsostnu governanza tajba fis-sistema finanzjarja.
Lura lejn l-Arkivju