News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

05/06/2018

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jagħti l-qligħ mill-kunċert bħala donazzjoni lid-Dar tal-Providenza

Il‑qligħ kollu minn kunċert li fakkar il‑ħamsin anniversarju tal‑Bank Ċentrali ta' Malta li sar riċentement fit-Teatru Manoel ingħata bħala donazzjoni lid‑Dar tal‑Providenza. Il‑mistednin ġew imħeġġa jagħmlu donazzjoni volontarja waqt il‑kunċert b'risq id‑Dar tal‑Providenza.

Il‑kunċert, li sar taħt il‑patroċinju tal‑President ta' Malta Marie‑Louise Coleiro Preca, kellu repertorju ta' biċċiet mużikali minn Hildegard von Bingen għall‑kompożitur kontemporanju żagħżugħ Malti Karl Fiorini. 

The Central Bank of Malta donates concert proceeds to Id-Dar tal Providenza

The Central Bank of Malta donates concert proceeds to Id-Dar tal Providenza

 

 

Lura lejn l-Arkivju