News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
30/05/2018
Lekċer pubblika minn Dr Mario Brincat ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta
It‑Tlieta 29 ta' Mejju 2018 saret lekċer pubblika ġewwa l‑Bank Ċentrali ta' Malta mis‑soċjologu ekonomiku Dr Mario Brincat bit‑tema "Industry, Foreign Direct Investment and Economic Development: the case of Malta 1911‑1970".
Il‑lekċer kienet ibbażata fuq materjal mill‑aħħar pubblikazzjoni ta' Dr Brincat 'Birth of the Malta Development Corporation: A Landmark in the Islands' Economic Development' sabiex tispjega l‑ewwel snin kruċjali tal‑mudell ta' żvilupp immexxi mill‑esportazzjoni u bbażat fuq l‑investiment barrani dirett (FDI) ta' Malta.
Il‑lekċer ta' Dr Brincat kienet l‑ewwel waħda minn din is‑serje ta' lekċers pubbliċi organizzati mill‑Bank fil‑qasam tal‑istorja ekonomika u soċjali ta' Malta minn studjużi u riċerkaturi prominenti Maltin.
Dr Brincat huwa konsulent taċ‑Chairman tal‑Malta Enterprise dwar kwistjonijiet ta' żvilupp ekonomiku.
Dr Mario Vella, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, għamel l‑introduzzjoni għal din il‑lekċer.
Lura lejn l-Arkivju