News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

14/05/2018

Stqarrija ta’ Impenn għall-Foreign Exchange Global Code of Conduct

  • Il‑banek ċentrali kollha fi ħdan is‑SEBĊ, li jammontaw għal disgħa u għoxrin, ħarġu Stqarrijiet ta' Impenn għall‑Kodiċi
  • Id‑disgħa u għoxrin bank ċentrali fi ħdan is‑SEBĊ jinkoraġġixxu lill‑parteċipanti fis‑suq tal‑kambju sabiex iżommu mal‑Kodiċi

Il‑banek ċentrali kollha fi ħdan is‑Sistema Ewropea tal‑Banek Ċentrali (SEBĊ) huma impenjati ferm għall‑appoġġ u l‑promozzjoni tal‑aderenza għall‑Foreign Exchange Global Code of Conduct (il‑"Kodiċi"). Illum, sebgħa mill‑banek ċentrali fi ħdan is‑SEBĊ, inkluż il‑Bank Ċentrali ta' Malta, ħarġu fl-istess ħin Stqarrijiet ta' Impenn għall‑Kodiċi wara li tnejn u għoxrin bank ċentrali fi ħdan is‑SEBĊ għamlu dan f'Novembru 2017 u fi Frar 2018, rispettivament. Bil‑ħruġ ta' dawn l‑istqarrijiet, il‑banek ċentrali kollha fi ħdan is‑SEBĊ juru li huma impenjati li jżommu mal‑prinċipji tal‑Kodiċi meta jaġixxu bħala parteċipanti fis‑suq tal‑kambju u jiżguraw li l‑prattiċi u l‑proċessi interni tagħhom huma konformi mal‑prinċipji tal‑Kodiċi. B'dawn l‑Istqarrijiet ta' Impenn, huma jenfasizzaw li l‑prinċipi tal‑Kodiċi huma importanti fil‑promozzjoni tal‑integrità u t‑tħaddim effettiv tas‑suq tal‑kambju bl‑ingrossa. Sabiex finalment jilħqu l‑għan tal‑Kodiċi, il‑banek ċentrali fi ħdan is‑SEBĊ ser ikomplu jinkoraġġixxu wkoll lill‑parteċipanti kollha fis‑suq tal‑kambju sabiex iżommu mal‑Kodiċi.

Dawn il‑banek ċentrali fi ħdan is‑SEBĊ qegħdin joħorġu Stqarrijiet ta' Impenn illum: il‑Bulgarian National Bank, il‑Bank of Greece, il‑Banque de France, il‑Hrvatska narodna banka, il‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Banka Slovenije u n‑Národná banka Slovenska.

Noti:

Is‑SEBĊ hija magħmula mill‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill‑banek ċentrali nazzjonali tal‑Istati Membri kollha tal‑UE, kemm dawk li adottaw l‑euro kif ukoll dawk li għadhom m'adottawhx:

In‑Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, il‑Bulgarian National Bank, iċ‑Česká národní banka, id‑Danmarks Nationalbank, id‑Deutsche Bundesbank, l‑Eesti Pank, il‑Bank of Ireland, il‑Bank of Greece, il‑Banco de España, il‑Banque de France, il‑Hrvatska narodna banka, il‑Banca d'Italia, is‑Central Bank of Cyprus, il‑Latvijas Banka, il‑Lietuvos bankas, il‑Banque centrale du Luxembourg, il‑Magyar Nemzeti Bank, il‑Bank Ċentrali ta' Malta, id‑De Nederlandsche Bank, l‑Oesterreichische Nationalbank, in‑Narodowy Bank Polski, il‑Banco de Portugal, il‑Banca Naţională a României, il‑Banka Slovenije, in‑Národná banka Slovenska, is‑Suomen Pankki - Finlands Bank, is‑Sveriges Riksbank, il‑Bank of England, il‑Bank Ċentrali Ewropew.

Lura lejn l-Arkivju