News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

04/05/2018

Konferenza mtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta – Central Banks in Historical Perspective: What Changed after the Financial Crisis?

Bħala parti minn serje ta' avvenimenti organizzati sabiex ifakkar il‑ħamsin anniversarju tiegħu, il‑Bank Ċentrali ta' Malta organizza konferenza bl‑isem "Central Banks in Historical Perspective: What Changed after the Financial Crisis?" fl‑4 ta' Mejju 2018.

Il‑konferenza involviet il‑parteċipazzjoni ta' ekonomisti, policymakers u rappreżentanti minn istituzzjonijiet finanzjarji u mill‑komunità tan‑negozju. Il‑Ministru għall‑Finanzi, il‑Professur Edward Scicluna, u l‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, Mario Vella, tkellmu waqt il‑konferenza. Il‑Viċi‑President tal‑Bank Ċentrali Ewropew, Vitor Constâncio, għamel id‑diskors prinċipali.

Dr Aaron G. Grech, Chief Economist u Chief Officer Economics tal‑Bank, nieda l‑aħħar pubblikazzjoni tal‑Bank bl‑isem 'The Central Bank of Malta's First Fifty Years: A Solid Foundation for the Future'. Din il‑pubblikazzjoni tagħti ħarsa komprensiva lejn it‑trasformazzjoni tal‑ekonomija Maltija u tal‑Bank Ċentrali ta' Malta matul l‑aħħar ħamsin sena. L‑ewwel parti ta' din il‑pubblikazzjoni tiddeskrivi x‑xejriet u l‑bidliet strutturali ewlenin fl‑ekonomija Maltija, inkluża s‑sistema finanzjarja tagħha, f'dawn l‑aħħar ħames deċennji. It‑tieni parti tal‑pubblikazzjoni tagħti ħarsa lejn l‑irwol li qed jinbidel tal‑Bank Ċentrali ta' Malta sa mit‑twaqqif tiegħu.

It‑tieni sessjoni kienet tikkonsisti minn żewġ diskorsi relatati mat‑tema tal‑konferenza. Il‑Professur Charles Goodhart mil‑London School of Economics għamel diskors dwar il‑politika tal‑banek ċentrali qabel u wara l‑kriżi. Id‑Deputat Gvernatur tas‑Central Bank of Ireland, Sharon Donnery, għamlet diskors dwar id‑diversità minn perspettiva tal‑attività tal‑banek ċentrali.

L‑aħħar sessjoni kienet tikkonsisti minn policy panel li ffoka fuq l‑isfidi li qed jiffaċċjaw il‑banek ċentrali wara l‑kriżi finanzjarja. Dan il‑panel kien jikkonsisti mill‑Gvernatur tas‑Central Bank of Iceland, Már Guðmundsson, id‑Deputat Gvernatur tal‑Bank of Canada, Lawrence Schembri, u d‑Deputat Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, Alexander Demarco.

Il‑pubblikazzjoni 'The Central Bank of Malta's First Fifty Years: A Solid Foundation for the Future' tinsab fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.

Konferenza mtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta – Central Banks in Historical Perspective: What Changed after the Financial Crisis?

Konferenza mtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta – Central Banks in Historical Perspective: What Changed after the Financial Crisis?

Konferenza mtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta – Central Banks in Historical Perspective: What Changed after the Financial Crisis?

Konferenza mtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta – Central Banks in Historical Perspective: What Changed after the Financial Crisis?

Konferenza mtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta – Central Banks in Historical Perspective: What Changed after the Financial Crisis?

Lura lejn l-Arkivju