News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

07/02/2018

Ftehim ta’ sħubija korporattiva bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser jappoġġja lill‑Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) permezz ta' ftehim ta' sħubija korporattiva ffirmat l‑Erbgħa 7 ta' Frar 2018.

Il‑ftehim ġie ffirmat mill‑Gvernatur tal‑Bank Dr Mario Vella, u miċ‑Chairman Eżekuttiv tal‑MPO, il‑Mro Sigmund Mifsud.

Sħubiji korporattivi jgħinu fl‑appoġġ ta' oqsma ewlenin tax‑xogħol tal‑Orkestra, u permezz ta' dan il‑ftehim ta' sħubija, il‑Bank ser jappoġġja x‑xiri ta' strumenti orkestrali, il‑programm ta' internship tal‑Orkestra - li permezz tiegħu mużiċisti żgħażagħ jingħataw l‑opportunità li jippreparaw għal karriera fil‑mużika - kif ukoll l‑Orkestra taż‑Żgħażagħ ta' Malta.

Kemm il‑Bank u kif ukoll l‑Orkestra Filarmonika ta' Malta qegħdin jiċċelebraw il‑ħamsin anniversarju tagħhom din is‑sena. L‑MPO twaqqfet bħala l‑Orkestra tat‑Teatru Manoel fl‑1 ta' April 1968; il‑Bank ġie mwaqqaf sittax‑il jum biss wara.

F'April li ġej, kif xieraq, l‑MPO ser tieħu sehem f'kunċert bħala ċelebrazzjoni tal‑ħamsin anniversarju tal‑Bank, taħt id‑direzzjoni tas‑surmast rinomat Grieg Michalis Economou.

Ftehim ta' Sħubija Korporattiva

Lura lejn l-Arkivju