News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

30/01/2018

Il-banek ċentrali ta’ Malta u tal-Alġerija ddeterminati li jsaħħu l-kooperazzjoni

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑Banque d'Algerie - il‑bank ċentrali tal‑Alġerija - qablu  li jorganizzaw laqgħat annwali ta' livell għoli sabiex itellgħu r‑relazzjonijiet kollaborattivi bejniethom għal livell ġdid.

Is‑Sinjura Philomena Meli, membru tal‑Bord tad‑Diretturi , u s‑Sur Silvio Galea, il‑Kap tad‑Dipartiment tal‑Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Internazzjonali, iltaqgħu mal‑Gvernatur Mohamed Loukal, il‑Viċi‑Gvernatur Said Maherzi u l‑Konsulent tal‑Gvernatur Abed Hocine ġewwa l‑Alġier il‑ġimgħa l‑oħra.

Il‑punti ewlenin fl‑aġenda tal‑laqgħa kienu l‑promozzjoni tas‑servizzi bankarji sabiex jiġi ffaċilitat il‑kummerċ f'merkanzija u servizzi, u l‑investiment bejn iż‑żewġ pajjiżi. Ġew diskussi wkoll il‑kollaborazzjoni fit‑taħriġ u edukazzjoni għolja fl‑istudji dwar l‑attività tal‑banek ċentrali.

Il-banek ċentrali ta’ Malta u tal-Alġerija ddeterminati li jsaħħu l-kooperazzjoni

Lura lejn l-Arkivju