News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
11/12/2017
Il-Professur John Chircop elett Viċi-President tas-CMU
Il‑Professur John Chircop, Chairperson tal‑Mediterranean Institute fl‑Università ta' Malta, ġie elett riċentement bħala Viċi‑President tal‑Community of Mediterranean Universities (CMU). Il‑Professur Chircop huwa membru tan‑Numismatic and Historical Publications Advisory Board tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. L‑NGO ewlenija għal edukazzjoni ogħla fir‑reġjun tal‑Mediterran, is‑CMU tħaddan fiha 163 università mill‑pajjiżi kollha tal‑Baċir tal‑Mediterran u ssostni 20 skola li jkopru ħafna suġġetti differenti.
Il‑missjoni tas‑CMU:
- Li terġa' tikkonferma u tiżviluppa l‑irwol u l‑funzjoni tar‑riċerka kulturali, teknoloġika u xjentifika fil‑pajjiżi tal‑Baċir tal‑Mediterran
- Li tippromwovi kooperazzjoni xjentifika fost l‑Universitajiet Mediterranji
- Li twaqqaf rabtiet permanenti fost l‑universitajiet imsemmija hawn fuq permezz tal‑iskambju reċiproku tal‑esperjenza u l‑informazzjoni xjentifika u kulturali tal‑għalliema u studenti
- Internazzjonalizzazzjoni u mobbiltà akkademika għal membri ta' edukazzjoni ogħla
- Taħriġ, riċerka u standardizzazzjoni ta' diplomi
Għal aktar informazzjoni dwar is‑CMU, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Lura lejn l-Arkivju