News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2017

06/11/2017

Iffirmar tal-Ftehim Kollettiv bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-General Workers Union

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta u t‑Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi (PFS) tal‑General Workers Union (GWU), li tirrappreżenta l‑impjegati tal‑Bank li mhumiex fil‑gradi klerikali, illum iffirmaw ftehim kollettiv li jkopri l‑perjodu mill-2016 sal-2019.

Il‑ftehim jimmira li jitjieb il‑bilanċ bejn il‑bżonn kontinwu għal aktar effiċjenza u kwalità sabiex jintlaħqu r‑rekwiżiti kurrenti u t‑titjib fil‑kundizzjonijiet għall‑impjegati tal‑Bank. Il‑ftehim jintroduċi wkoll aktar flessibbiltà fl‑arranġamenti tax‑xogħol.

F'diskors qasir, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta u s‑Segretarju tat‑Taqsima PFS tal‑GWU irrikonoxxew li l‑ftehim indirizza u rriżolva kwistjonijiet importanti kemm għall‑Bank u kif ukoll għall‑Union.

Iffirmar tal-Ftehim Kollettiv bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-General Workers Union

Lura lejn l-Arkivju