News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
16/04/2026 10:16:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l‑Assoċjazzjoni Maltija tal‑Azzjonisti Minoritarji u tal‑Investituri bl-Imnut jorganizzaw sessjoni edukattiva dwar il‑pagamenti bis-SEPA u s‑SWIFT
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal‑Assoċjazzjoni Maltija tal‑Azzjonisti Minoritarji u l‑Investituri bl-Imnut, organizza b'suċċess sessjoni edukattiva ffukata dwar il‑pagamenti bis-SEPA u s‑sistemi globali ta' messaġġi finanzjarji tas‑SWIFT.

L-avveniment tfassal biex jipprovdi għarfien siewi għall-investituri, il-professjonisti finanzjarji, u l-pubbliku interessat fl-infrastrutturi moderni tal-pagamenti.
Matul is-sessjoni, il-parteċipanti esploraw l-evoluzzjoni tal-pagamenti bis-SEPA madwar l-Ewropa u kisbu ħarsa ġenerali lejn l-irwol tas-SWIFT fl-iffaċilitar ta' komunikazzjoni finanzjarja internazzjonali sigura.
Saru preżentazzjonijiet minn Kirsten Ellul, Maniġer fi ħdan l-Uffiċċju għall-Politika tal-Pagamenti u l-Konformità, u Edward Magro, Deputat Kap fi ħdan id-Dipartiment għall-Pagamenti u l-Operat Bankarju. Iż-żewġ kelliema qasmu perspettivi esperti dwar l-iżvilupp, l-integrazzjoni u l-futur tas-sistemi ta' pagament.
Ritratti: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta
Din l-inizjattiva edukattiva tirrifletti l-impenn kontinwu taż-żewġ organizzazzjonijiet biex itejbu l-litteriżmu finanzjarju u jippromwovu għarfien aktar profond tas-sistemi tal-pagamenti fost il-parteċipanti fis-suq u l-pubbliku ġenerali.
Lura lejn l-Arkivju