News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

27/03/2026 08:30:00

Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Rita Schembri tipparteċipa fiċ-Ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għall-aħjar teżi tal-Master’s fl-Accountancy

Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sinjura Rita Schembri, attendiet għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għall-aħjar teżi tal-Master's fl-Accountancy li saret fl-Aula Magna tal-Università ta' Malta fil-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 25 ta' Marzu 2025.

Ritratt tal-Grupp

F'din l-okkażjoni, is-Sinjura Schembri ppreżentat il-premju u ċ-ċertifikat għal waħda mill-aħjar teżijiet tas-sena għall-2025 lis-Sinjura Mariah Azzopardi għat-teżi tagħha The Impact of IFRS 15 on Maltese Telecommunication Companies, kif ukoll lis-Sinjura Michaela Magro għat-teżi tagħha Investigating Earnings Management within Listed Companies in Malta.

Id-DG Rita Schembri ma' Mariah Azzopardi

Is-Sinjura Rita Schembri with Michaela Magro

Is-Sinjura Rita Schembri ma' Mariah Azzopardi Is-Sinjura Rita Schembri ma' Michaela Magro
Ritratti: UOM

Il-Bank Ċentrali ta' Malta għandu wkoll fis-seħħ ftehim mal-Università ta' Malta u t-Trust tal-Università għar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp (RIDT), li bih jipprovdi għajnuna fl-istudji fuq livell ta' Master's fi ħdan il-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy (FEMA) fl-Università ta' Malta. Dan il-ftehim ikopri wkoll kollaborazzjoni fil-qasam tar-riċerka ekonomika, bankarja, finanzi, u politika pubblika.

Lura lejn l-Arkivju