Wara l-għeluq tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi proposti għad-Direttiva Nru 16 tal-Bank Ċentrali ta' Malta dwar ir-Regolamenti li jittrattaw is-self, b'mod partikolari dawk fir-rigward tad-DSTI-O attwali taħt stress għal persuni ġuridiċi, il-Bank irċieva rispons minn għadd ta' partijiet interessati.
F'dan il-kuntest, il-Bank qed jippubblika stqarrija fejn jindirizza dawn il-kummenti, flimkien ma' verżjoni emendata tad-Direttiva bil-modifiki intraċċati.
Id-Direttiva emendata Nru 16 tal-Bank hija effettiva mil-lum, il-Ħamis, 26 ta' Marzu 2026.