News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

20/02/2026 08:30:00

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jisponsorja Titles to Talkies dwar il-Patrimonju Awdjoviżiv Malti

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta attenda t-tnedija ta' Titles to Talkies, pubblikazzjoni ġdida mill‑Fondazzjoni Patrimonju Malti li tesplora l‑istorja tal‑films u ċ‑ċinema f'Malta. Il‑Bank appoġġa l‑pubblikazzjoni wara rakkomandazzjoni tal‑Bord Konsultattiv tal‑Fond Bank Ċentrali ta' Malta, il‑fergħa tiegħu ta' responsabbiltà soċjali korporattiva.

Titles to Talkies huwa narrattiva riċerkata li tiddokumenta l-iżvilupp tal-istorja tal-films u ċ-ċinema f'Malta, li tgħaqqad materjal arkivjali, fotografija, u kummentarju kritiku sabiex tiġi enfasizzata l-evoluzzjoni tal-kultura tal-films lokali u s-sinifikat tagħha fil-wirt kulturali usa' ta' Malta.

It-tnedija fi Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta laqqgħet flimkien kontributuri u rappreżentanti mis-setturi kulturali u patrimonjali ta' Malta, fejn il-Bank ġie rikonoxxut bħala l-isponsor ewlieni tal-pubblikazzjoni.

Il-Bank Ċentrali jifraħ lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti, l-awtriċi tal-pubblikazzjoni Charlie Cauchi, u lil Giulia Privitelli, l-Editriċi Prinċipali tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti, u lil dawk kollha involuti sabiex Titles to Talkies jiġi ppubblikat. Il‑Bank jibqa' impenjat li jappoġġa proġetti ta' valur kulturali nazzjonali li jikkontribwixxu għall‑preservazzjoni u l‑promozzjoni tal‑wirt Malti.

Ritratt tal-Grupp

Mix-xellug għal-lemin: Dr Narcy Calamatta (President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali),
is-Sinjura Giulia Privitelli, is-Sinjura Charlie Cauchi, Dr Pauline Lanzon (Membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali) u Dr Jeremy Buttigieg (Segretarju tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali).

Ritratt: Shaun Spiteri

Lura lejn l-Arkivju