News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

23/01/2026 10:00:00

Avviż dwar il-Konsultazzjoni rigward l-emendi proposti għal-limitu attwali taħt stress tad-DSTI-O għal persuni ġuridiċi skont id-Direttiva Nru 16 tal-Bank dwar ir-Regolamenti li jittrattaw is-self

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) qiegħed iniedi konsultazzjoni pubblika ta' erba' ġimgħat dwar l‑emendi proposti għad‑Direttiva Nru 16 tal-Bank dwar ir-Regolamenti li jittrattaw is-self fir‑rigward tad‑DSTI-O attwali taħt stress għal persuni ġuridiċi.

Il-konsultazzjoni tikkonsisti f'żewġ dokumenti ewlenin -  id-dokument ta' konsultazzjoni  ewlieni li jiddeskrivi l-bidliet proposti bejn it-test attwali tad-Direttiva Nru 16 u l-verżjoni riveduta; u kopja  tad-Direttiva Nru 16  li tinkludi l-emendi proposti kollha intraċċati għall-faċilità ta' referenza.

Wara r-rispons mill-partijiet interessati, ser jiġu ppubblikati r-reazzjonijiet, kif ukoll verżjoni riveduta tad-Direttiva, fuq is-sit elettroniku tal-Bank.

Lura lejn l-Arkivju