News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
15/01/2026 15:30:00
Waqfien tas-Sottomissjonijiet tad-Dikjarazzjoni Statistika għall-Fondi ta’ Investiment tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fuq il-Portal LH tal-MFSA
L‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), b'koordinazzjoni mal‑Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank), qed tippubblika din iċ‑ċirkolari sabiex tinforma skemi ta' investiment kollettiv li jipprovdu servizzi ta fondi ta' investiment dwar bidliet fil‑proċess ta' sottomissjoni għad-Dikjarazzjoni Statistika għall‑Fondi ta' Investiment tal-Bank.
Dawn il-bidliet isegwu reviżjoni konġunta miż-żewġ Awtoritajiet bil-għan li jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data, jitnaqqas ir-rappurtar doppju, u jiġi żgurat allinjament sħiħ mal-prinċipji "report once" u "single point of entry".
Bħala parti minn din it-tranżizzjoni, id-Dikjarazzjoni Statistika għall-Fondi ta' Investiment tal-Bank mhux ser tibqa' tiġi sottomessa lill-MFSA permezz tal-Portal tad-Detentur ta' Liċenzja (Portal LH), taħt il-proġett "CBM Investment Funds Statistical Return". B'tali reviżjoni, il‑fondi ta' investiment għandhom jissottomettu din id-dikjarazzjoni1 esklussivament lill‑Bank Ċentrali ta' Malta permezz tal‑portal tal-INFOSTAT. Il-Bank imbagħad jibgħat id-data lill-MFSA permezz ta' konnessjoni ta' data diretta sigura.
B'hekk ġiet eliminata l-ħtieġa għal sottomissjonijiet doppji u jiżgura li ż-żewġ Awtoritajiet jiddependu fuq sors ta' data uniku u armonizzat.
Dawn ir-rekwiżiti ser japplikaw mid-data ta' referenza ta' Diċembru 2025, li għandha tiġi sottomessa sal-21 ta' Jannar 2026.
F'dan ir-rigward, skemi ta' investiment kollettiv għandhom jinnotaw dan li ġej:
- Is-sottomissjoni finali permezz tal-Portal LH tal-MFSA għandha tkun għall-perjodu ta' referenza li jintemm fit-30 ta' Novembru 2025. Dan għal fondi li għandhom frekwenza ta' rappurtar ta' kull xahar.
- Is-sottomissjonijiet għall-perjodi ta' rappurtar li jintemmu fil-31 ta' Diċembru 2025 u 'il quddiem għandhom isiru biss permezz tal-portal tal-INFOSTAT tal-Bank.
- Il-proġett tal-Portal LH "CBM Investment Funds Statistical Return" ser ikun diżattivat, u l-MFSA mhux ser tibqa' taċċetta sottomissjonijiet għal din id-dikjarazzjoni permezz tal-Portal LH wara l-perjodu ta' referenza finali msemmi hawn fuq.
- Ir-reviżjonijiet għad-dikjarazzjonijiet b'perjodi ta' referenza qabel it-30 ta' Novembru 2025 ukoll mhux ser jiġu aċċettati permezz tal-Portal LH, iżda għandhom jintbagħtu lill-portal tal-INFOSTAT tal-Bank.
Għal kull mistoqsija dwar din iċ-ċirkolari, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-MFSA permezz ta'
email jew lill-Bank
hawnhekk.
1 The implementation of the 'Statutory Financial Information to be submitted by the Investment Funds' (CBM-IF) and 'Statutory Reference Data to be submitted by Investment Funds' (CBM-IFR)
Lura lejn l-Arkivju