News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

16/10/2025 10:44:00

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jippubblika r-raba’ edizzjoni tal-Business Dialogue għall-2025

L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta' Malta u għadd ta' kumpaniji mhux finanzjarji juri li fit-tielet kwart tal‑2025, il-kundizzjonijiet ġenerali tan-negozju fl-ekonomija tjiebu iżda bi prestazzjoni varjata fost is-setturi.1 Minn dawk li wieġbu, il-proporzjon nett ta' dawk li rrappurtaw tkabbir laħaq il-livell ta' 27%. Dan il-persentaġġ kien inqas minn dak irrappurtat fl-aħħar tliet snin, iżda ftit aħjar minn 22% tal-istħarriġ preċedenti.

Fost is-setturi kollha, in-negozji li joperaw fis-settur tas-servizzi kellhom l-ogħla frekwenza ta' tkabbir fl-attività. Kollox ma' kollox, il-kundizzjonijiet kienu pożittivi wkoll fis-settur tal-manifattura u fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-kostruzzjoni u l-proprjetà rrapporta kundizzjonijiet ġenerali negattivi.

L-aspettattivi għall-attività kummerċjali fiż-żmien li ġej kienu pożittivi wkoll, b'27% netti tan-negozji jantiċipaw titjib. Is-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut irrapporta l-aktar prospetti favorevoli. Dan kien segwit mill-fornituri tas-servizzi. In-negozji fis-settur tal-manifattura, għalkemm ukoll ottimisti, kienu aktar kawti, filwaqt li l-aspettattivi fis-settur tal-kostruzzjoni u l-proprjetà huma b'mod ġenerali negattivi, għalkemm il-maġġoranza assoluta tan-negozji mhux jistennew l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet. 

    Business Conditions    Expectations    Input Prices
    Selling Prices    Employment Plans    Investment Plans

Rapporti ta' żidiet fl-ispejjeż ġew irrapportati kienu ftit inqas spissi minn f'rawnds preċedenti, għalkemm fil-biċċa l-kbira tas-setturi ġew irrappurtati żidiet minn madwar żewġ terzi tan-negozji.

Kien hemm żieda fil-proporzjon nett tan-negozji bl-intenzjoni li jżidu l-investiment, xprunat mill-infiq kapitali, tkabbir u rinnovazzjonijiet.

Il-pjanijiet dwar l-impjiegi jindikaw ukoll żieda fir-ritmu fil-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, jibqgħu sfidi relatati mal-attrazzjoni u ż-żamma ta' ħaddiema.

Din il-pubblikazzjoni tinkorpora wkoll silta li tiffoka fuq in-nuqqas ta' ħaddiema u strateġiji mill-kumpaniji biex din tiġi indirizzata.

Il-pubblikazzjoni sħiħa hija disponibbli hawn. L-istħarriġ dwar id-djalogu man-negozji jista' jiġi aċċessat ukoll b'mod interattiv permezz ta'  dashboard iddedikat.


1 Il‑fehmiet espressi huma biss dawk tal‑kumpaniji intervistati u mhux neċessarjament jirriflettu l‑fehmiet tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.

Lura lejn l-Arkivju