News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

26/02/2025 13:46:00

Il-Ġid tal-Familji f’Għawdex: Analiżi Reġjonali – Webinar kollaborattiv mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal‑Awtorità għall‑Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, organizza webinar bit-titlu "Household Wealth: A Regional Analysis for Gozo" fis‑26 ta' Frar 2024.

F'dan il-webinar ġie ppreżentat dokument ta' diskussjoni li jeżamina l-ġid tal-familji f'Għawdex, ibbażat fuq data mill-Istħarriġ dwar Finanzi u Konsum tal-Familji. Dan l‑istudju, li sar mill‑ekonomisti tal-Bank Ċentrali ta' Malta Valentina Antonaroli, Martina Cassar, u Valerio Sergio Castaldo, jipprovdi perspettiva reġjonali fil‑fond dwar il‑komponenti tal‑ġid, u joffri għarfien għal rakkomandazzjonijiet ta' politika bbażati fuq l‑evidenza.

Kelliema ewlenin oħrajn waqt il-webinar kienu Dr Aaron George Grech, Kap Ekonomista fil‑Bank Ċentrali ta' Malta, u s‑Sur Mario Borg, Uffiċjal Kap Eżekuttiv fl‑Awtorità għall‑Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.

Webinar mill-Bank Ċentrali u l-GRDA

Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn komuni taż-żewġ istituzzjonijiet li jrawmu diskussjonijiet ekonomiċi infurmati u li jsaħħu l-fehim finanzjarju reġjonali.

Id-dokument ta' diskussjoni jinsab disponibbli hawn. Għal aktar dettalji żur is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta' Malta.

Lura lejn l-Arkivju