News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

09/04/2024 11:31:00

Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Oliver Bonello pparteċipa fil-preżentazzjoni tal-premjijiet tal-Master’s fl-Accountancy fl-Università ta’ Malta

Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, Oliver Bonello, attenda għall-preżentazzjoni tal-premjijiet tal-Master's fl-Accountancy li saret fl-Università ta' Malta, nhar il-Ħamis 21 ta' Marzu 2024.

Mr Bonello ppreżenta premju u ċertifikat għall-aqwa teżi tas-sena lil Ms Victoria Grech għat-teżi tagħha Nexus of Heuristics and Accounting Information in Capital Investment Decision Making.

Mr Bonello ppreżenta premju u ċertifikat għall-aqwa teżi tas-sena lil Ms Victoria Grech

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta bħalissa għandu ftehim mal‑Università ta' Malta u t-Trust tal-Università għar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp (RIDT) li jipprovdi Professorat fl-Ekonomija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta u studji relatati fi ħdan il‑Fakultà tal‑Ekonomija, il‑Management u l‑Accountancy (FEMA) fl‑Università ta' Malta.

Ritratt tal-Grupp

Lura lejn l-Arkivju