News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
08/03/2024 14:35:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiċċelebra l-Jum Internazzjonali tan-Nisa
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna laqqa' flimkien lill-impjegati nisa għal laqgħa informali. Il-laqgħa swiet ta' opportunità għall-impjegati sabiex jiltaqgħu u jaqsmu l-ideat u l-esperjenzi siewja tagħhom.

Ritratt: Veronica Sant
Din il-laqgħa kompliet tenfasizza l-impenn tal-Bank li jirrikonoxxi u jiċċelebra l-irwol kruċjali li n-nisa għandhom fis-settur bankarju ċentrali.

Ritratt: Melvin Bugeja
Fid-diskors tiegħu, il‑Gvernatur Scicluna enfasizza l‑importanza tal-inklussività u d-diversità fil-post tax‑xogħol. Il-Gvernatur qal li "filwaqt li għamilna progress konsiderevoli fil-kisba tal-bilanċ bejn is-sessi, għad hemm aktar xogħol xi jsir. In-nisa jġibu perspettivi u esperjenzi uniċi fuq il-mejda tad-deċiżjonijiet, u huwa dmir tagħna li nivvalurizzaw u nippromwovu l-kontribut tagħhom."
Din il‑laqgħa, organizzata b'mod konġunt mill‑Kumitat għall‑Ugwaljanza, id‑Diversità u l-Inklużjoni tal‑Bank u l‑Gvernatur Scicluna, affermat mill‑ġdid l‑impenn għal żieda fl‑ugwaljanza bejn is‑sessi fi ħdan l‑istituzzjoni.

Ritratt: Veronica Sant
Lura lejn l-Arkivju