News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

26/02/2024

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil-laqgħa tal-ECOFIN f’Ghent, il-Belġju

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) f’Ghent, il-Belġju, li saret bejn it-22 u l-24 ta’ Frar 2024.

Fil-laqgħa, li għaliha attendew b’mod konġunt il-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali tal-UE u l-Ministri tal-Finanzi tal-UE, ġew diskussi d-direzzjoni futura u strateġika tal-Bank Ewropew tal-Investiment, il-parteċipazzjoni tal-investituri bl-imnut fis-swieq finanzjarji u l-litteriżmu finanzjarju, u r-rapport dwar il-futur tal-kompetittività tal-UE li bħalissa qed jitħejja minn Dr Mario Draghi.

Il-Gvernatur kien akkumpanjat mid-Deputat Gvernatur Mr Alexander Demarco.

ECOFIN Belgium

Ritratt: Presidenza Belġjana

Lura lejn l-Arkivju