News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

16/02/2024 09:00:00

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jindirizza konferenza Mediterranja fi Split

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali l-Professur Edward Scicluna flimkien mal-Gvernaturi tal-banek ċentrali tal-Kroazja, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja, kif ukoll rappreżentanti għolja tal-OECD u l-FMI tkellmu waqt il-konferenza "Stay the Course in Turbulent Times: Old and New Challenges for Central Banks", li saret fl-14 ta' Frar fi Split, il-Kroazja.

Il‑Gvernatur Scicluna jindirizza konferenza Mediterranja fi Split

Il-konferenza ffukat dwar kif materji ekonomiċi kritiċi għandhom jiġu indirizzati fost trawwim ta' kollaborazzjoni bejn il-banek ċentrali fir-reġjun. Il-parteċipanti tkellmu dwar sfidi bħall-azzjonijiet tal-politika monetarja fil-ġlieda kontra l-inflazzjoni għolja u persistenti, il-ħtieġa ta' strateġiji ta' komunikazzjoni effettivi fost ambjenti ekonomiċi kumplessi, il-maniġġ tar-riskji finanzjarji assoċjati mat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa assoluta li tiġi inkoraġġita l-parteċipazzjoni ekonomika tan-nisa u l-inklużjoni finanzjarja.

Il-konferenza ffukat dwar kif materji ekonomiċi kritiċi
Mix-xellug: Il-Gvernatur Boštjan Vasle, Bank Ċentrali tas-Slovenja, il-Gvernatur Pablo Hernández de Cos, Bank Ċentrali ta’ Spanja, il-Gvernatur Boris Vujčićl, Bank Ċentrali tal-Kroazja, il-Gvernatur Mario Centeno, Bank Ċentrali tal-Portugall, il-Gvernatur Edward Scicluna, Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Konferenza tal-Banek Ċentrali tal-Mediterran tal-2024 ġiet koorganizzata mill-Bank Ċentrali Spanjol, il-Bank Ċentrali  Kroat, l-OECD, l-Unjoni għall-Mediterran, u l-IEMed.

Il-konferenza saret fl-14 ta' Frar fi Split, il-Kroazja

Ritratti: Bank Ċentrali tal-Kroazja

Lura lejn l-Arkivju