News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

07/07/2022

Ħatra mill-ġdid tad-Deputat Gvernatur Oliver Bonello

Il-President ta' Malta, fuq il-parir tal-Kabinett tal-Ministri, u skont il-provvedimenti ta' artikolu 8(1) tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204), approva l-ħatra ta' Mr Oliver Bonello, FIA, CPA, bħala Deputat Gvernatur għall-Istabbiltà Finanzjarja tal-Bank Ċentrali ta' Malta. Din il-ħatra għandha tibqa' valida għal perjodu ta' ħames snin b'effett mill-1 ta' Lulju 2022.

Mr Oliver Bonello, FIA, CPA, inħatar l-ewwel darba bħala Deputat Gvernatur għall-Istabbiltà Finanzjarja fl-2017. Fil-passat kellu diversi  karigi maniġerjali u responsabbiltajiet għoljin f'oqsma differenti tal-Bank inklużi s-superviżjoni bankarja, il-maniġġ tar-riskju finanzjarju u operattiv, l-istatistika u l-istabbiltà finanzjarja. Mr Oliver Bonello rrappreżenta lill-Bank kemm fuq bordijiet lokali kif ukoll fuq dawk Ewropej.

Mr Oliver Bonello

Fotografu: Ray Attard

Lura lejn l-Arkivju