News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
14 ta' Jannar 2021
Fid-dawl tal-impatt fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19, il-Ministru għas-Saħħa, f’konsultazzjoni mal-Ministeru għall-Finanzi, illum ħareġ l-Avviż Legali (AL) 15 għall-2021 dwar ‘Regolamenti tal-2021 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Moratorju għal Faċilitajiet ta’ Kreditu f’Ċirkostanzi Eċċezzjonali’, li jittratta r-riattivazzjoni ta’ moratorji f’Malta.
-
13 ta' Jannar 2021
Id-Direttiva tal-UE 2014/62/UE tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħrajn kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali (“id-Direttiva”) tistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-falsifikazzjoni tal-euro u muniti oħra. Tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet komuni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra dawk ir-reati, biex titjieb l-investigazzjoni tagħhom, u biex tiġi żgurata kooperazzjoni aħjar kontra l-falsifikazzjoni.
-
12 ta' Jannar 2021
Is-Central Bank of Malta Foundation sponsorjat 140 kopja tal-ktieb ippubblikat dan l-aħħar intitolat “A Brief Illustrated History of Medicine” tal-kirurgu/uroloġist irtirat, il-Prof. Carmel Lino Cutajar, li ser jiġi ppreżentat lit-tobba li għadhom kif iggradwaw.
-
06 ta' Jannar 2021
Il-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta adotta politika sabiex bħala impjegatur jiżgura ugwaljanza, diversità u inklużjoni.