News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
27/01/2021
L-iktar ammont baxx ta’ karti tal-flus foloz irreġistrat f’Malta
Fit-tieni nofs tal-2020, ġew irrappurtati lill-Bank Ċentrali ta' Malta 198 karta tal-flus tal-euro falza.
B'hekk, għas-sena 2020, l-ammont totali ta' karti tal-flus foloz irtirati miċ-ċirkolazzjoni laħaq l-480 karta tal-flus, li huwa l-iktar ammont baxx li qatt ġie rreġistrat f'Malta.
Meta jitqabbel mal-għadd ta' karti tal-euro ġenwini fiċ-ċirkolazzjoni f'Malta (medja ta' ftit aktar minn 19.66 miljun fit-tieni nofs tal-2020), il-proporzjon ta' karti tal-euro foloz għadu insinifikanti.
Hu baxx ukoll (0.09%) bħala proporzjon tal-ammont totali tal-karti tal-flus foloz maqbuda fiż-żona tal-euro kollha kemm hi matul l-istess perjodu, li jammonta għal 220,000 karta tal-flus.
Mill-karti kollha tal-flus tal-euro foloz maqbuda f'Malta matul it-tieni nofs tas-sena, id-denominazzjonijiet tan-nofs jibqgħu l-iktar denominazzjonijiet iffalsifikati. Anke jekk esperjenzaw tnaqqis żgħir, il-karti tal-€20 u tal-€50 għadhom l-iktar denominazzjonijiet fil-mira u flimkien jammontaw għal 71.2% tal-flus foloz kollha rtirati miċ-ċirkolazzjoni. Matul dan il-perjodu, kien hemm żieda fil-proporzjon tal-karti tal-€5 u tal-€10.
It-tabella li ġejja tipprovdi analiżi perċentwali maqsuma skont id-denominazzjonijiet tal-ammont totali ta' flus foloz irtirati miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni nofs tal-2020, imqabbla ma' dawk irtirati fiż-żona tal-euro kollha kemm hi.
|
|
|
€5
|
€10
|
€20
|
€50
|
€100
|
€200
|
€500
|
|
Analiżi Perċentwali
|
Żona tal-Euro
|
2.3
|
16.0
|
36.3
|
30.9
|
10.3
|
3.0
|
1.2
|
|
Malta
|
10.1
|
10.6
|
43.9
|
27.3
|
6.6
|
1.5
|
-
|
Minkejja l-livell baxx ta' flus foloz irrapportati lokalment, il-Bank Ċentrali ta' Malta jfakkar lill-pubbliku biex joqgħod attent meta jagħmel tranżazzjonijiet bi flus kontanti hekk kif fix-xhur li għaddew kien hemm żieda fin-numru ta' karti tal-flus foloz ta' kwalità baxxa rtirati miċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma faċli ħafna li jiġu identifikati għaliex għandhom imitazzjonijiet tal-karatteristiċi tas-sigurtà ferm inadegwati.
- Il-karti tal-flus ġenwini jintgħarfu faċilment permezz tat-test "FEEL-LOOK-TILT", kif spjegat fuq is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta' Malta.
- Il-Bank hu disponibbli biex jipprovdi kull tip ta' għajnuna, inkluż taħriġ lil kwalunkwe entità lokali li tista' teħtieġ din l-assistenza.
- Kull min jirċievi karta tal-flus suspettuża għandu jċempel lill-Pulizija fuq 2294 2120 jew lill-Bank Ċentrali ta' Malta fuq 2550 6012/13, jew jibgħat email lill-Bank.

Lura lejn l-Arkivju