News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
21/12/2021 16:10:00
Creditinfo Malta liċenzjata biex topera bħala Aġenzija ta’ Referenza tal-Kreditu
Fit-3 ta' Diċembru 2021, l-Unità tal-Liċenzjar tal-Kummerċ tad-Dipartiment tal-Kummerċ, f'konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali ta' Malta (il-'Bank'), tat lil Creditinfo Malta Limited (C 30174) liċenzja ta' ħames snin li tiġġedded biex topera bħala aġenzija ta' referenza tal-kreditu (CRA). Il-funzjoni ta' CRA hija primarjament li toħroġ punteġġi ta' kreditu fuq persuni naturali u ġuridiċi, inklużi l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Skont l-Att dwar il-Liċenzji tan-Negozju (Kap. 441) - Regolament dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ, 2018 (SL.S. 441.07), l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta (Kapitolu 204 tal-Liġijiet ta' Malta), u d-Direttiva Nru 15 tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Bank huwa responsabbli għas-superviżjoni tas-CRAs. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta' Malta. Id-dettalji tas-CRA liċenzjata huma disponibbli fuq il-paġna elettronika tal-Bank dwar ir-Reġistru tal-Aġenziji ta' Referenza tal-Kreditu.

Lura lejn l-Arkivju