News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

19/11/2020 21:00:00

Il-Gvern jaħtar lil Dr Mario Vella bħala Brexit Special Commissioner

Il‑Gvern Malti ħatar lill‑Gvernatur Dr Mario Vella bħala Kummissarju Speċjali għar‑Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Negozju mar‑Renju Unit b’effett mill‑1 ta’ Jannar 2021. Il‑Ministru għall‑Finanzi Edward Scicluna nħatar bħala s‑suċċessur tiegħu b’effett mill‑istess data. 

Il‑Kummissarju Speċjali ser ikun responsabbli għall‑monitoraġġ u l‑indirizzar tal‑konsegwenzi għal Malta wara t‑tluq tar‑Renju Unit mis‑Suq Uniku u mill‑Unjoni Doganali fl‑1 ta’ Jannar 2021.

Dr Mario Vella u l-Professur Edward Scicluna

Mix-Xellug għal-Lemin: Dr Mario Vella u l-Professur Edward Scicluna

Lura lejn l-Arkivju