About Us

Leġiżlazzjoni Lokali u tal-Unjoni Ewropea

Leġiżlazzjoni Lokali

Kull leġiżlazzjoni primarja u leġiżlazzjoni sussidjarja lokali attwalment fis‑seħħ, kif ukoll servizzi anċillari oħra relatati ma' leġiżlazzjoni, jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tas‑Servizzi tal‑Ġustizzja. Dawn is‑servizzi anċillari jinkludu:

  • Liġijiet ta' Malta
  • Pubblikazzjonijiet Legali
  • Liġi tal‑Unjoni Ewropea

Is-sit elettroniku tas‑Servizzi tal‑Ġustizzja jista' jiġi aċċessat minn din il-link: http://justiceservices.gov.mt/

Iktar informazzjoni dwar Leġiżlazzjoni Lokali tista' tiġi aċċessata hawn.           

Leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Il‑Leġiżlazzjoni tal‑Unjoni Ewropea (UE) tista' tiġi aċċessata permezz tas-sit elettroniku EUR‑Lex li jipprovdi aċċess b'xejn, fl‑24 lingwa tal‑UE. L‑utenti għandhom aċċess għal:

  • Ġurnali Uffiċjali Awtentiċi tal‑Unjoni Ewropea;
  • Il‑liġi tal‑UE (trattati tal‑UE, direttivi, regolamenti, deċiżjonijiet, leġiżlazzjoni konsolidata, eċċ.);
  • Sommarji tal‑leġiżlazzjoni tal‑UE li jpoġġu l‑atti legali fil‑kuntest tal‑politika, spjegati f'lingwaġġ sempliċi u;
  • Atti preparatorji (proposti leġiżlattivi, rapporti, white/green papers, eċċ.);
  • Il‑ġurisprudenza tal‑UE (sentenzi, ordnijiet, eċċ.);
  • Ftehim internazzjonali;
  • Dokumenti tal‑EFTA;
  • Dokumenti pubbliċi oħrajn.

Is-sit elettroniku EUR‑Lex jista' jiġi aċċessat minn din il-link: http://eur‑lex.europa.eu/homepage.html