Rokna tal-Gvernatur

Il-Gvernatur Scicluna jipparteċipa fil-programm dwar ġrajjiet kurrenti ‘Insights’

“Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, bħala istituzzjoni regolatorja, għandu dashboard tal-indikaturi kollha tal-banek ta’ pajjiżna. Niltaqgħu mal-Banek u niddiskutu l-operat tagħhom (matul il-JFSB) kull xahar. Nista’ ngħid b’sodisfazzjon li l-indikazzjonijiet huma tajbin ħafna.” Din kienet il-konklużjoni tal-Gvernatur Professur Edward Scicluna meta kien qed jipparteċipa fil-panel ta’ diskussjoni fuq ‘Insights’, programm dwar ġrajjiet kurrenti fuq Television Malta ppreżentat mill-ġurnalist Glen Falzon li xxandar fil-11 ta’ Mejju 2023. Parti mill-panel kien hemm ukoll Dr Gordon Cordina, Chairman tal-Bank of Valletta plc, u Mr Karol Gabarretta, Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin. Id-diskussjoni, fost suġġetti oħra, iffukat dwar l-effetti tal-pandemija u tal-gwerra fuq is-settur bankarju, il-lista l-griża u l-impatt taż-żieda riċenti fir-rati tal-imgħax tal-BĊE.

Il-Gvernatur Scicluna jipparteċipa fil-programm dwar ġrajjiet kurrenti ‘Insights’

Parti mill-panel kien hemm ukoll Dr Gordon Cordina f’isem il-Bank of Valletta u Mr Karol Gabarretta, Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin.