20 ta' Marzu 2026
Ħu Ħsieb Flusek 2026: Is-Sigurtà Diġitali għar-Reżiljenza Kontra l-Frodi u Scams
Il-konferenza "Ħu Ħsieb Flusek 2026: Is-Sigurtà Diġitali għar-Reżiljenza kontra l-Frodi u Scams" hija maħsuba għall-pubbliku ġenerali u ser issir fl-20 ta' Marzu 2026 f'Binja Laparelli tal-Bank Ċentrali ta' Malta, bid-dħul minn Pjazza Tritoni.

Din il-konferenza bil-Malti qed tiġi organizzata mill-Assoċjazzoni tal-Bankiera Maltin f'kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali ta' Malta. Sabiex tattendi int mitlub tibgħat email bil-quddiem fuq
events@maltabankers.org, u fil-jum tal-konferenza turi dokument ta' identifikazzjoni.
Stqarrija għall-Media

Lura lejn l-Arkivju